InvestorsBlogStoreCloud Control PanelCustomer PortalContact us

It-Teknologija Qed Tibdel Is-Sens Ta’ Ċittadinanza?

Jack Mizzi 2 scaled

Jack Mizzi

Chief Marketing Officer

Jack Mizzi L Istat Ta Nazzjon

As a leading technology provider we are proud to have been invited to make a contribution on the role of technology on citizenship at the State of the Nation conference, hosted by HE The President of Malta on Friday 4th June. In this speech I focused on various opportunities and threats that technology brings to the sphere of citizenship and residency, and the importance of vigilance on global social media platforms, as as a result of their increasing use to manipulate public opinion on matters of critical importance.

Follow the full speech in Maltese here.

Script

It-Teknologija Qed Tibdel Is-Sens Ta’ Ċittadinanza?

"Nixtieq nuża dan il ftit ħin biex naqsam magħkom ftit ħsibijiet rigward kif inhoss li t-teknologija tista qed tibdel is-sens ta ċittadinanza, u kif dan kollu jimpatta ir-relazzjoni bejn l-individwu, r-residenza u n-nazzjonalità.

Għal eluf ta' snin kien faċli li wiehed jidentifika ruħu skond fejn ikun twieled, u ma kien hemm ebda dubju dwar dan. Dak li ġie stabbilit fil-Greċja antika f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prinċipji demokratiċi u ċittadinanza, serviena bħala referenza għal tul ta’ zmien mhux ħazin - izda aktar ma kien hemm zviluppi fit-teknologija, aktar din iċ-ċertezza bdiet tonqos – sa kemm wasalna fiż-żmien tal-llum, fejn l-access kontinwu, veloċi u irħis ghal-internet waslu biex ħafna individwi jistaqsu jekk verament art twelidhom tirriflettix huma min huma. L-aċċess għal informazzjoni ta kull tip, tat lil ħafna il-kapaċita li jiffurmaw opinjoni indipendentament mill-verzjonijiet li l-istat jew xi partit politiku jipprova jgħaddilna.

Mistoqsijiet li nħoss li wieħed jista jistaqsi f’dan il kuntest huma:

L-ewwel: “Għalfejn għandi nidentifika ruħi ma’ art twelidi meta l-maġġoranza tan-nies f’art twelidi jħaddnu prinċipji li jmorru kontra dak li nemmen fih jien?” jew

It-tieni: “Għalfejn fi zmien ta’ kommunikazzjoni u kollaborazzjoni diġitali wieħed m’għandux id-dritt jagħzel x’tip ta ċittadinanza jkollu, jew li jagħzel residenza fejn hu, hi jew huma jhossu li l-aktar jagħmel sens għalihom?”

Għalkemm dawn jistaw jinstemaw bħala mistoqsijiet ftit fit-teorija, ta’ min isemmi li diġa jeżistu kunċetti ta e-residency għal negozji, bħal dawk li huma offruti mill-Estonja, esklussivament online. Jista dan il-kunċett jigi estiz għal individwi, minghajr il-bzonn li jkun marbut ma’ kritejri ta rikkezza personali?

Lil hinn minn dawn il mistoqijet, li hu zgur hu li it-teknologija, u aktar min hekk, l-użu tat- teknologija kważi minn kulhadd bidlet id-dinja li ngħixu fiha, u l-ordni soċjali li għal mijiet ta snin stabbiliet rwoli differenti għal kull individwu u kariga. Inbidel il-mod ukoll kif iċ-ċittadin ihares lejn l-istat, u kif aħna bhala ċittadini nippretendu li l-istat, u r-rappreżentati tal-istituzzjoniiet, jaġixxu. Il-midja soċjali tat lil individwu l-għodda li biha jista' jgħid li jrid - jikkritika, jfaħħar u anke jweġġa - u welldet sistema ta' mikro-politika ġdida. Dan kollu jinstema bhala xi haga tajba, izda wiehed ma jistax jinsa il manipulazzjoni li spiss isir permezz tal midja soċjali.

F’dan il-kuntest wieħed irid isemmi ukoll l-użu tal-mezzi diġitali bħala għodda biex uħud jagħmlu definizzjoni ta nazzjon kif jogħgob lilhom – eżempju klassiku hu t-tip ta’ patrijottizmu malti definit mill-ammont ta kummenti razzisti li wiehed jara online, kummenti li tant saru komuni li għal xi whud saru xi haġa normali.

Punt li jidher li hemm kunsens fuqu hu li t-teknologija, u b’mod partikulari l-informatika, qed tibdel b’mod radikali l-erba’ dimensjonijiet li jiffurmaw iċ-ċittadinanza, jiġifieri: l-istatus legali li wieħed ikollu bhala ċittadin, id-drittijiet u obbligi li dan l-istatus iġorr miegħu, l-identita tal-persuna, kif ukoll il-parteċipazzjoni fi sfera politika u soċjali.  

Aktar qabel diġa għamilt referenza kif dawn id-dimensjonijiet qed jigu impattati bit-teknologija. Ta’ min wieħed izid kif diġa għaddejja diskussjoni f’diversi sferi fuq jekk għandux ikun hemm ċittadinanza elettronika globali (jew “global e-citizenship”) biex tikkumplimenta iċ-ċittadinanza nazzjonali. Għalkemm personalment għadu mhux ċar għalija il-valur prattiku ta’ din it-tip ta ċittadinanza elettronika, jidher li l-ideja hi marbuta ma’ dak li tkun tirrapreżenta bħala valuri li wieħed iħaddan u mhux biss fejn ikun twieled.

Nixtieq issa ngħaddi għal-punt li, fl-opinjoni tiegħi, hu aktar ta’ priorita.  Qed nirreferi għal użu, u l-abbuż, ta data personali biex jigu manipulati aspetti fundamentali ta’ kull nazzjon, bħal ma’ huma deċizjonijiet ta’ importanza nazzjonali, elezzjonijiet, jew opinjoni pubblika fuq policies li gvern partikulari jkun irid jadotta. Fuq naha hemm il-vantaġġ li deċiżjoni issa tista tittieħed fuq data ta vera, u mhux fuq opinjoni ta min jinstema jew jgħajjat l-aktar – u dan iwassal għal “data driven policies”. Min naha l-ohra hemm il-periklu li min għandu aċċess għal dik id-data jista jimmanipulaha kif ikun jaqbel lilu.

Każ klassiku hu Facebook – fejn il-kumpanija kienet kuntenta li tħalli manipulazzjoni sħiħa anke ta elezzjonijiet biex ma titlifx id-dħul mir-reklamar – u agħar min hekk halliet lil min jaċċessa u jimmanipula id-data għal dan l-iskop – bhal ma kien il kaz ta Cambridge Analytica. Ma ninsewx li dak li naraw fuq Facebook u midja soċjali oħra hu kkontrollant minn algorithm, li l-oġġettiv tagħha hu wiehed kummercjali u indipendenti mill-ġid komuni.

Dan l-aċċess għad-data b’mod pubbliku ġab fuq quddiem problemi li 20 sena ilu ma kinux jeżistu, bħal serq ta identita u targeted messaging għal skop politiku - dan tal-aħħar marbut ma aċċess għal data kunfindenzjali li kultant il-partiti politiċi jkollhom aktar minn kulhadd. Din it-taħlita ta data driven policies, viżibilta ta data personali minkejja kontrolli bħal dawk introdotti bil-GDPR, kif ukoll il-bumbardament kontinwu ta’ targeted advertising qed iwassal biex saffi sħaħ tas-soċjeta qed jigu kundizzjonati mingħajr ma jindunaw, a skapitu tal-prinċipji demokratiċi u s-sens ta valuri komuni f’soċjeta.

Nixtieq nagħlaq b’zewg suġġerimenti:

l-ewwel: inħoss li hemm bzonn aktar għarfien ghal kif ligijiet rigward privatezza qegħdin hemm biex jipproteġuna – ngħajja nisma kummenti fuq GDPR li juru li hafna lanqas biss ghandhom ideja fuq xiex qed jitkellmu, filwaqt li ohrajn juzaw dan in-nuqqas bhala skuża biex izommu lura milli jagħtu informazzjoni mitluba.

It-tieni: jista jkun li wasal iż-żmien li issir regolamentazzjoni aktar ċara f’dak li għandu x’jaqsam social media. Huwa ovvju li self regulation mhix taħdem, u għalhekk inħoss li hemm bżonn tibda diskussjoni lokalment fuq kif wiehed jista jiżgura li ma ssirx manipulazzjoni fuq skala kbira fuq suġġetti ta natura serja, kif semmejt qabel.

Nirringrazzja lil organiżżaturi għal opportunita li tawni li nindirizzakom kif ukoll lil BMIT Technologies li huma supporter ewlieni ta’ din il konferenza nazzjonali.

Read next